Wednesday, April 24, 2024

Lionel Messi m’għandu l-ebda pjan li jirritorna ma’ Barcelona

Aqra wkoll

L-ex attakkant ta’ Barcelona, Lionel Messi m’għandu l-ebda pjan li jirritorna mal-ġganti Katalani fil-futur.

L-Arġentin kien lest li jieħu tnaqqis ta’ 50% fil-paga biex jestendi l-waqfa tiegħu fil-Camp Nou dan is-sajf, iżda l-istipulazzjonijiet finanzjarji tal-La Liga għamluha impossibbli għalih li jibqa’ fil-Katalunja.

Minn dakinhar Messi kellu bidu kajman ma’ Paris Saint-Germain, u l-president ta’ Barca Joan Laporta ta x’jifhem li l-player ta’ 34 sena jista’ jimxi fuq il-passi ta’ Xavi u Dani Alves fir-rigward ta’ ritorn possibbli.

Madankollu, Messi m’għandu l-ebda interess li jagħmel ritorn sensazzjonali fil-Camp Nou, kemm jekk bħala player jew fi rwol maniġerjali.

Messi huwa ffukat biss biex jikseb suċċess mat-team ta’ Mauricio Pochettino, u l-familja tas-sitt darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb issa jinsabu stabbiliti fil-kapitali Franċiża.

Messi rnexxileu jsib ix-xibka fir-rebħa ta’ 3-1 fi tmiem il-ġimgħa li PSG kisbu kontra Nantes.

Sport