Wednesday, April 24, 2024

Barcelona u Manchester City f’taqtiegħa għall-firma ta’ Alexandre Lacazette

Aqra wkoll

Barcelona u Manchester City qed jippreparaw biex jidħlu f’taqtiegħa għall-firma tal-attakkant ta’ Arsenal, Alexandre Lacazette.

L-ex player ta’ Lyon reġa’ lura fit-team tal-Gunners fl-aħħar ġimgħat iżda xorta mistenni jitlaq meta jiskadilu l-kuntratt fl-2022.

Atletico Madrid u Roma t-tnejn kienu qed jissemmew li jistagħu jagħmlu offerta għal Lacazette fis-sajf, għalkemm qed jingħad li Arsenal qed jaħdmu fuq estensjoni ġdida għal żmien qasir.

Madankollu, bil-player ta’ 30 sena suppost qed ifittex li jiffirma kuntratt fit-tul, Man City u Barcelona se jidħlu f’taqtiegħa bejniethom għall-firma ta’ Lacazette fis-sajf li ġej.

Huwa maħsub li Xavi qed ifittex rinforzi fl-attakk fil-Camp Nou fost diversi injuries fit-team tiegħu, filwaqt li Man City għad iridu jsibu sostitut denju għal Sergio Aguero.

Lacazette skorja biss tliet goals minn 10 dehriet f’dan l-istaġun, li wieħed minnhom biss wasal fil-Premier League.

Sport