Saturday, May 4, 2024

Liquigas tinsisti li mhix se traħħas il-prezz ta’ ċilindru gass

Aqra wkoll

Liquigas saħqet li se tkun qed iżżomm il-prezz ta’ ċilindru gass ta’ 12kg għal €16.

Dan wara l-aħbar tal-lum mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) rigward tnaqqis fil-prezz tal-gass.

Intant Liquigas li qalet li ma saret l-ebda konsultazzjoni magħha talbet laqgħa urġenti mal-Ministru għall-Enerġija.

Intant aktar kmieni r-regolatur f’dak li huma ċilindri tal-LPG b’effett kien ħabbar li minn għada se jkun ifisser li se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg fejn minn €16 issa se jiġu jiswew €15.

Iċ-ċilindri tal-25kg se jkunu qed jorħsu b’ €2.05 biex minn €33.30 il-prezz minn għada se jkollu prezz ta’ €31.25.

Sport