Il-leaders tal-Premier League, Liverpool, għaddew għall-finali tal-League meta fit-tieni leg tas-semi-finali spiċċaw fi draw ta’ 1-1 għand Fulham għal aggregate ta’ 3-2 biex issa fil-finali jilagħbu kontra Chelsea.
Ir-Reds ħadu magħhom vantaġġ ta’ 2-1 wara l-ewwel leg f’darhom u d-draw kien biżżejjed biex jaqtgħu l-passaġġ tagħhom għal Wembley Stadium.
Kien Luis Diaz li poġġa lil Liverpool minn fuq kmieni fil-11-il minuta meta wara li rċieva pass fit-tul mingħand Jarell Quansah.
Fulham wieġbu minn Issa Diop (76) iżda Liverpool żammew sodi sas-suffara finali.
Il-finali li se ssir nhar il-Ħadd, 25 ta’ Marzu, se tkun l-14-il waħda għar-Reds li minnhom rebħu t-tazza għar-rekord ta’ disa’ darbiet.