Friday, September 4, 2026
Home Sport Liverpool iħabbru l-iskwadra uffiċjali għall-UEFA Champions League

Liverpool iħabbru l-iskwadra uffiċjali għall-UEFA Champions League

0
62

Liverpool ħabbru l-iskwadra tagħhom għall-ewwel fażi tal-UEFA Champions League, bil-manager il-ġdid Andoni Iraola jieħu xi deċiżjonijiet sorprendenti. 

Federico Chiesa u Wataru Endo tħallew barra mill-iskwadra ta’ 25 player, minkejja li t-tnejn jistgħu jilagħbu fil-Premier League. Chiesa kellu staġun diffiċli minħabba nuqqas ta’ minuti u injury fil-muskoli, filwaqt li Endo kien affettwat ukoll minħabba l-kompetizzjoni f’nofs il-ground.

Min-naħa l-oħra, Iraola inkluda tliet players li bħalissa jinsabu mweġġgħin: Hugo Ekitike, Conor Bradley u Giovani Leoni. Ekitike, li kien l-aqwa skorer ta’ Liverpool l-istaġun li għadda, għadu qed jirkupra minn injury fl-Achilles. Bradley ilu barra minħabba injury fl-irkoppa, filwaqt li Leoni sofra injury fl-ACL fid-debutt tiegħu u mistenni jirritorna għat-taħriġ aktar tard dan ix-xahar.

L-inklużjoni tagħhom tista’ tindika li r-ritorn tagħhom jinsab fil-viċin. 

L-assenza ta’ Chiesa u Endo tista’ wkoll tagħti lil Liverpool aktar flessibbiltà biex jirreġistraw akkwist ġdid fiċ-Champions League, f’Jannar li ġej.

Goalkeepers: Alisson, Mamardashvili, Woodman, Jaros

Difensuri: Gomez, Van Dijk, Jacquet, Kerkez, Bradley, Leoni, Tsimikas, Frimpong, Araujo, Chambers, Mabaya

Midfielders: Wirtz, Szoboszlai, Mac Allister, Munoz, Gravenberch, McConnell

Attakkanti: Isak, Gakpo, Ekitike, Barcola.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here