“Għalikom – dan li tfisser din il-materja.  Mhux li ssir ġustizzja mal-familja. Imma logħba partiġġjana biex mingħalikom tirbħu xi vot”

Aqra wkoll

“Bilkemm ilħaqt spiċċajt li l-Oppożizzjoni tippreżenta mozzjoni b’mottiv partiġġjan bħal biex mingħaliha toħroġ issabbat li l-Gvern ivvota kontriha. Għalikom – dan li tfisser din il-materja.  Mhux ir-riċerka tal-verita.  Mhux li ssir ġustizzja. Mhux il-ġustizzja mal-familja. Imma logħba partiġġjana biex mingħalikom tirbħu xi vot”

Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu fil-Parlament waqt diskors li għamel hekk kif għaddej dibattitu Parlamentari wara l-verdett li ngħata mill-ġurati fil-każ ta’ Yorgen Fenech. 

Abela enfasizza kif dan kien aġir li saħansitra il-familja Caruana  Galizia nnutatu u kkummentat dwaru anke’ meta kien għadu għaddej il-guri. Abela żied jgħid; “Għax esponenti ewlenin tagħkom ġabu lill-familja f’sitwazzjoni skomda, bil-kummenti partiġġjani taghom, li jridu joqgħodu jagħmlu statements pubbliċi biex l-għamad politiku tagħkom ma jfixkilx il-kors tal-ġustizzja”.

Il-Prim Ministru qal ukoll; “Infakkar f’dak li kellha toħroġ twissi pubblikament oħt is-Sinjura Caruana Galizia waqt il-ġuri lill-Avukat u kummentatur ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Edward Debono, li bil-kummenti partiġġjani tiegħu kien qed jipprova jimmina l-ġuri”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport