Liverpool jinsabu interessati ferm fl-akkwist tad-difensur ta’ Bournemouth Milos Kerkez. Dan tal-aħħar għad għandu 20 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Ungeriża.
Hu qed ikun regolari mill-istaġun li għadda ‘l hawn maċ-Cherries fejn lagħab 35 logħba iżda qatt ma skorja gowl.
Ir-Reds iridu joqogħdu attenti mill-kompetizzjoni li mistennija jaffaċċjaw mingħand Manchester United u Arsenal li wkoll jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu.