Liverpool iridu jġeddu l-kuntratt tal-manager, Jurgen Klopp, minkejja li s-sena li għaddiet iffirma wieħed ġdid li se jżommu f’Anfield sal-2026.
L-intenzjoni ta’ Klopp kienet li wara li jkun ilu mar-Reds għal 10 snin, jirritorna f’pajjiżu … jieħu żmien ta’ serħan u mbagħad jiddeċiedi jekk ikomplix bix- xogħol tiegħu.
Madankollu, id-diriġenti jriduh jibqa’ sal-2028 minħabba li qed jibni proġett ġdid.
Jekk Klopp jirrifjuta li jkompli fir-responsabbiltá tat-team, Liverpool iduru fuq l-eks player tagħhom, Xabi Alonso, li qed imexxi lil Bayer Leverkusen li bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-Bundesliga.
Huwa kien qed jissemma’ wkoll li seta’ jkun is-suċċessur ta’ Ancelotti minħabba li lagħab ukoll ma’ Real Madrid.
Iżda l-fatt li Ancelotti ġedded il-kuntratt, ir-ritorn tiegħu mal-Madrilenti mhuwiex fuq l-aġenda.