Liverpool huma ħerqana li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele, bi free transfer.
Il-player internazzjonali ta’ Franza għadu ma ffirmax ftehim ġdid fil-Camp Nou, li jfisser li bħalissa huwa liberu li jkollu taħditiet ma’ clubs barranin dwar pre-kuntratt.
Manchester United, Newcastle United, Chelsea u Juventus huma fost it-timijiet li kellhom interess fl-attakkant fl-aħħar xhur.
Madankollu, hemm ukoll interess sod minn Liverpool, bir-Reds ħerqana li jġibuh f’Anfield qabel l-istaġun 2022-23.
Dembele hu maħsub li qed jitlob ftehim ta’ £700,000 fil-ġimgħa ma’ Barcelona, li huwa mifhum li ħalla ‘bla kliem’ lill-manager tal-club Katalan, Xavi.
Madankollu, l-aġent tal-player ta’ 24 sena, Moussa Sissoko, saħaq li l-waqfien tal-kuntratt tal-klijent tiegħu ma’ Barcelona mhuwiex għal raġunijiet finanzjarji minkejja l-ispekulazzjoni mifruxa.
Dembele skorja darba u pprovda żewġ assists f’10 dehriet f’livell ta’ club matul dan l-istaġun.