Thursday, April 25, 2024

Katamaran veloċi ġdid għar-rotta bejn Malta u Għawdex

Aqra wkoll

Fi ftit xhur oħra ir-rotta bejn l-Imġarr Għawdex u l-belt Valletta se titjieb b’katamaran veloċi ġdid li nxtara mill-kumpanija Virtu Ferries. Il-kumpanija stess ħabbret dan u sostniet li dan l-investiment ta’ €7 miljuni li qed tagħmel jindika l-impenn tagħha għar-rotta bejn iż-żewġ gżejjer Maltin.

Dan il-katamaran li se jkun imsejjaħ HSC “Gozo Express” se jiġi reġistrat taħt il-bandiera Maltija u kien iddisinjat mill-kumpanija Awstraljani Incat Crowther li tispeċjalizza fl-iddisinjar ta’ laneċ ta’ veloċita għolja.

Il-“Gozo Express” huwa twil 42.2 metri b’kapaċità li jġorr fuqu 322 passiġġier. Huwa m’għammar bi swali b’arja kkundizzjonata fuq ż-żewġ gverti u post għal 40 passiġġieri oħra fil-pjan ta’ fuq barra, b’kapaċita li jilħaq veloċità massima ta’ aktar minn 38 knots u veloċità ta’ servizz ta’ 35 knots.

F’Diċembru li għadda, dan il-katamaran għadda b’suċċess mill- provi kollha fuq il-baħar u mistenni jasal Malta nofs Marzu 2022. Dan se jopera r-rotta bejn Malta u Għawdex flimkien mal-SES San Frangisk minflok l-SES San Pawl li se jkun trasferit għar-rotta operata minn Virtu Ferries bejn Veneżja u l-Kroazja u se jtajjar il-bandiera ta’ Venezia Lines.

Sport