Wednesday, April 24, 2024

Thake jirriżenja b’mod permanenti… Se tieħu postu Graziella Galea

Aqra wkoll

Wara li rriżenja minn Kelliem tal-Oppożizjoni u ssospenda ruħu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ftit tal-jiem ilu, ilbieraħ David Thake ħabbar li rriżenja mill-Parlament. Dan sar minħabba stejjer li nħarġu dwar kumpaniji tiegħu. 

F’video li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Thake, filwaqt li qal li l-Erbgħa kien informa lit-tmexxija lill-partit b’din id-deċiżjoni, sostna li hu mhu ħati ta’ xejn ħlief ta’ “żball amministrattiv ta’ filing ta’ acounts fil-ħin.”

“Inħoss li qed nagħmel id-deċiżjoni t-tajba. Mhux għaliex għamilt xi ħaġa ħażina, ħlief żball amministrattiv li jista’ jagħmlu kulħadd, però nifhem li intom tippretendu li min qiegħed fil-Parlament dawn it-tip ta’ żbalji ma tagħmilhomx,” qal Thake. 

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil David Thake talli refa’ r-responsabbiltà politika tiegħu u rriżenja mill-Parlament u rtira wkoll il-kandidatura tiegħu minn mal-Partit Nazzjonalista. 

Il-Kap tal-PN Bernard Grech, aċċetta r-riżenja tiegħu, li issa din se twassal għal vakanza fil-grupp parlamentari li trid timtela’ b’co-option. 

Fl-istqarrija ntqal ukoll li l-Kap tal-PN se jkun qed jipproponi li l-istrutturi tal-Partit biex din il-vakanza timtela’ mill-Perit Graziella Galea. Galea hija l-minority leader tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u hija wkoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-12-il Distrett.

Sport