Wednesday, April 24, 2024

Liverpool jiftħu taħditiet għall-firma tal-Marokkin Sofyan Amrabat

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, kellu laqgħa mar-rappreżentanti tal-midfielder tal-Marokk, Sofyan Amrabat, hekk kif ir-Reds qed jippruvaw jissiġillaw it-trasferiment tiegħu f’Jannar li ġej. 

Wara bidu ferm ħażin, ir-Reds iridu jindirizzaw il-problema ta’ nofs il-ground u l-midfielder ta’ Fiorentina li qed ikollu wirjiet formidabbli f’din it-Tazza tad-Dinja huwa l-prijoritá ta’ Klopp biex jikseb il-firma tiegħu fi ftit ġimgħat oħra. 

Min-naħa tal-player ta’ 26 sena sostna li jixtieq imur jilgħab f’Anfield hekk kif fi Frar li ġej huma jilagħbu kontra Real Madrid fil-UEFA Champions League. 

Huwa qal ukoll li jixtieq jilgħab quddiem il-partitarji tar-Reds li huma fost l-aqwa fid-dinja.

Sport