Wednesday, March 27, 2024

Tifla ta’ tmien snin fl-Ingilterra tixtieq ħwejjeġ nodfa bħala rigal tal-Milied

Aqra wkoll

Minħabba li bħalissa hemm bosta familji batuti kawża tal-għoli tal-ħajja li qed ikollhom jaffaċċjaw ta’ kuljum, is-sidien ta’ Percy Arms — ħanut tax-xorb f’Chatton, Northumberland, ħarġu b’inizjattiva ħelwa għat-tfal tal-lokal.

Ramaw siġra tal-Milied u stiednu lit-tfal tal-lokal sabiex jiktbu nota żgħira lil Santa Klaws fejn fiha jesprimu x’rigal jixtiequ u jwaħħluha mas-siġra tal-Milied. Fl-istess waqt is-sidien ħeġġew lill-klijenti tagħhom sabiex kull wieħed u waħda minnhom jagħżlu karta miktuba mit-tfal u jixtrulhom rigal.

L-istess sidien jinsabu xxukkjati wara li qraw l-ittri li t-tfal kitbu lil Santa Klaws għaliex minflok ix-xewqat tas-soltu, bħal ngħidu aħna jkunu jixtiequ xi ġugarell jew xi logħba tal-playstation, sabu realtà kompletament differenti. Fosthom kien hemm tifla ta’ tmien snin li qalet illi tixtieq ħwejjeġ nodfa għaliex tagħha huma maħmuġin, filwaqt li żagħżugħ ta’ 17-il sena kiteb li huwa jikkuntenta b’kollox għax dara ma jistenna l-ebda rigal fi żmien il-Milied.

Ekonomija

Sport