Wednesday, April 24, 2024

Liverpool jingħataw spinta fl-insegwiment ta’ Jeremy Doku

Aqra wkoll

Liverpool ingħataw spinta fl-insegwiment tagħhom tal-attakkant ta’ Rennes, Jeremy Doku wara ammissjoni riċenti ta’ trasferiment li għamel missier il-player.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena tħabat ma’ numru ta’ injuries dan l-istaġun iżda ħalla impatt għal Les Rouge et Noir fl-istaġun li għadda b’żewġ goals u tliet assists fi 30 logħba tal-Ligue 1.

Doku ssemma bħala suċċessur possibbli għal Mohamed Salah ma’ Liverpool jekk l-Eġizzjan jirrifjuta li jiffirma termini ġodda, filwaqt li Barcelona ġew ukoll akkreditati b’interess.

Missier Doku ma jistenniex li l-Blaugrana jsiru kontendenti serji għall-firma ta’ ibnu, madankollu, u qal: “Ma kellna l-ebda aħbar minn Barcelona u ma naħsibx li huma kapaċi jonfqu somom kbar ta’ flus bħalissa.”

“Hemm clubs oħra li japprezzaw lil Jeremy, anke jekk ma nista’ ngħid xejn dwaru. Ma naħsibx li għad irid jibdel clubs iżda, fil-football, ​​kollox jista’ jinbidel malajr, jiddependi liema team ikun interessat .”

L-internazzjonali tal-Belġju lagħab biss erba’ logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun minħabba injury u mhux mistenni li jsir free agent sal-2025.

Sport