Tuesday, April 30, 2024

Liverpool se jagħmlu offerta uffiċjali ta’ £100 miljun għal Jude Bellingham iżda ….

Aqra wkoll

Liverpool qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta ta’ £100 miljun għall-midfielder offensiv internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham.

Iżda r-Reds se jagħmlu dan biex jiffirmawh għall-istaġun 2023/24. Dan minħabba li Borussia ma jridux jitilquh għal dan l-istaġun wara li ċedew lil Erling Haaland lil Manchester City.

Liverpool iridu jilħqu ftehim issa hekk kif Real Madrid ukoll jinsabu interessati fis-servizzi tiegħu iżda ma jistgħux jagħmlu negozju f’dan iż-żmien minħabba li qabżu l-kwota ta’ players barra mill-Union Ewropea.

Sport