Diversi gazzetti Ingliżi qed jgħidu li t-tiġdid fil-kuntratt tal-attakkant internazzjonali Eġizzjan Mohamed Salah jidher dejjem iktar ‘il bogħod. Il-ftehim eżistenti mar-Reds jiskadi f’Ġunju li ġej u iktar m’hu għaddej iż-żmien, iktar l-affarijiet qed isiru iktar ikkumplikati.
Huwa għalhekk li r-Reds qed iħarsu lil hinn sabiex forsi jaslu għal xi plejer ieħor sostitut tiegħu u kif imħabbar aktar qabel qed jintensifikaw il-kuntatti ma’ Karim Adeyemi ta’ Borussia Dortmund u Omar Marmoush ta’ Eintracht Frankfurt. L-għan hu li wieħed minnhom jiġi jilgħab f’Anfield Road, xi ħaġa li tidher probabbli fil-futur li ġej.