Monday, May 13, 2024

Liż-żgħażagħ ngħidilhom biex ma jaqtgħu qalbom qatt, jaħdmu bis-serjetá u jibqgħu dejjem umli u saqajhom mal-art – Dylan Zarb

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn età żgħira ħafna. Missieri, Joe, kien jilgħab il-futbol u kien jeħodni miegħu t-taħriġ tiegħu u kont nieħu pjaċir u nistenna l-ħin jasal li mmur għat-taħriġ miegħu mbagħad ovvjament daħħalni fin- nursery tal-Luxol.

X’tikkummenta fuq l-aħħar stagun ta’ Mqabba fin-National Amateur League?

L-istaġun li għadda kien staġun diffiċli għalina. Kien stagun li spiċċa b’mod diżappuntanti għax ma rnexxilniex nilħqu t-tragwardi tagħna u spiċċajna relegati b’decider. Kien mument iebes ħafna u minn hawn nawgura lil Mqabba futur isbaħ u aħjar għax huwa tim li jixraqlu jilgħab f’diviżjoni aħjar. Hemm n-nies li jaħdmu għall-ġid tal-klabb.

Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk ta’ taħt fl-Amateur League?

Naħseb li kif kien il-format iva kien hemm ċerta differenza bejn ċerti timijiet …

Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta’ livell ikkomparati mal-plejers Maltin?

Bħala livell tal-barranin naħseb li kien hemm timjiet li kellhom barranin lijagħmlu d-differenza, peró kien hemm timjiet li ma kellhomx livell tajjeb ta’ barranin ukoll..

X’taħseb dwar il-kontroll tar-referis fl-Amateur League?

Il-livell ta’ referis naħseb li kien wieħed aċċettabli. Dis-sena kien hemm referis żgħar li nemmen li għandhom livell tajeb.

Kif qed thares lejn il-futur tieghek fil-futbol?

Rigward il-futur tiegħi għadni ma nafx eżatt x’se jigri. Ovvjament, il-futbol inħobbu u beħsiebni nara l-opportunitajet kollha li jiġuni u nimxu minn hemm.

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol.

Messaġġ liż-żgħażagħ ngħidilhom biex ma jaqtgħu qalbom qatt, jaħdmu bis-serjetá u jibqgħu dejjem umli u saqajhom mal-art!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport