Wednesday, March 27, 2024

ll-Brażiljani Jesus u Telles se jitilfu l-kumplament tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Il-Brażil ħadu daqqa ta’ ħarta doppja meta l-attakkant Gabriel Jesus u d-difesur Alex Telles se jitilfu l-kumplament tat-Tazza tad-Dinja wara li sofrew injury fit-telfa kontra l-Kamerun bl-iskor ta’ 1-0.

L-attakkant ta’ Arsenal, Jesus, se jdum barra mill-azzjoni għal aktar minn xahar minħabba injury f’irkopptu filwaqt li l-player ta’ Manchester United li huwa misluf lil Sevilla, Telles, għandu bżonn li ssir operazzjoni f’irkopptu fejn mistenni jdum barra ferm aktar mill-kompatrijott tiegħu. 

Ekonomija

Sport