Wednesday, March 27, 2024

Imut Fra John Chretien – il-Kavallier li kien jgħix Sant’Anġlu

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-lum l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ħabbru li kien miet Fra John Chretien.

Ir-rabtiet li Fr Chretien għandu ma’ pajjiżna huma kbar hekk kif għal xi żmien kien l-unika Kavallier li kien baqa’ jgħix fil-kastell ta’ Sant’Anġlu.

Ftit tax-xhur ilu, Fra John Chretien, kien elett bħala l-Prijur tal-Ordni f’Ruma.
Apparti li kien Kavallier fl-Ordni ta’ San Ġwann, Fr Chretien kien ukoll membru onorarju tal-kapitlu tal-Knisja Konventwali u Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu.
Fra John serva wkoll għal perjodu bħala l-Gran Kanċillier tal-Ordni ta’ Malta.

Il-President ta’ Malta George Vella qal kif jinsab imnikket bl-aħbar tal-mewt ta’ Frà John Edward Chretien, Gran Prijur ta’ Ruma fi ħdan l-Ordni ta’ San Ġwann.

Ekonomija

Sport