Il-winger Brażiljan Lucas Moura possibilment jista’ jibqa’ jilgħab fl-Ewropa wara li l-aħħar snin qattagħhom ma’ Tottenham Hotspur. Minkejja kollox, it-tim minn Londra ma jinsabx fil-pjanijiet tiegħu u għalhekk hu qed jiġi kkuntattjat minn xi klabbs Torok fosthom Galatasaray, Besiktas u Fenerbache.
Fl-istess waqt, il-plejer ta’ 30 sena jiswa wisq hekk kif dawn il-klabbs Torok qed jaraw is-salarju ta’ €5 miljun kull staġun bħala wieħed kbir wisq.
Fil-jiem li ġejjin, l-affarijiet jistgħu jkunu aktar ċari.