Il-plejer Brażiljan Lucas Paqueta jista’ jiġi sospiż għal kollox milli jilgħab il-futbol jekk jinstab ħati li rċieva erba’ karti sofor apposta f’logħbiet li lagħab ma’ West Ham fl-istaġun li għadda. Fil-fatt, l-eks plejer ta’ AC Milan kien irċieva erba’ karti sofor kontra Leicester City, Aston Villa, Leeds United u Bournemouth.
Paqueta sostna li din is-sospensjoni eventwali hi inġusta meta tqis li hu kkolabora bi sħiħ mal-pulizija.
Paqueta qed jiġi akkużat li ħa l-karti s-sofor apposta biex ikun jista’ jiffaċilita’ l-imħatri li normalment isiru fl-Ingilterra.