Wednesday, October 23, 2024

Luis Suarez se jirtira minn mat-tim nazzjonali Urugwajan

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Luis Suarez se jkun qed jilgħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali Urugwajan nhar is-Sibt li ġej kontra l-Paragwaj. Kien hu stess li ħabbar din id-deċiżjoni li ħa meta sostna li issa li għandu 37 sena jixtieq jagħti ċans aktar żgħażagħ jirrappreżentaw lil pajjiżhom.

L-eks plejer ta’ Ajax, Barcelona u Atletico Madrid sostna li se jagħti l-mija fil-mija tiegħu nhar is-Sibt, eżatt kif għamel l-ewwel darba meta fl-2007 ta’ 19-il sena kellu d-debutt tiegħu.

B’kollox Suarez se jkun lagħab 143 logħba filwaqt li s’issa skorja 69 gowl.

Sport