Friday, November 15, 2024

Luke Montebello minflok Jurgen Degabriele fl-iskwadra Maltija

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Malta, Michele Marcolini,  għamel bidla waħda ġdida fl-iskwadra għaż-żewġ partiti validi mill-kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, li se jintlagħbu aktar tard dan ix-xahar. 

L-attakkant ta’ Hamrun Spartans Luke Montebello ingħaqad mal-iskwadra wara li dak ta’ Hibernians, Jurgen Degabriele, qed jirkupra minn injury. 

Il-player ta’ Hibernians kien fil-formazzjoni inizjali tat-team li safa megħlub minn Marsaxlokk bl-iskor ta’ 3-1, iżda huwa ġie ssostitwit fit-62 minuta minħabba l-injury li sofra. 

Malta se tilgħab knotra l-Maċedonja, fi Skopje,  fit-23 ta’ Marzu biex tlett ijiem wara, tospita lill-Italja fl-Istadium Nazzjonali.  

Wara li għamel id-debutt nhar is-26 ta’ Marzu, 2017, fit-telfa ta’ 3-1 kontra s-Slovakkja, valida mill-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2018, Montebello lagħab 26 partita bil-flokk Malti.  

Ekonomija

Sport