Friday, April 19, 2024

Paul Pogba se jerġa’ jdum barra mill-azzjoni

Aqra wkoll

l-midfielder ta’ Juventus, Paul Pogba, se jerġa’ jdum barra mill-azzjoni wara li sofra injury fil-koxxa waqt li kien jittrenja l-free-kicks. 

Il-player ta’ 29 sena se jdum barra għal madwar tliet ġimgħat u se jitlef il-bidu tal-kampanja ta’ kwalifikazzjoni ta’ Franza għall-Euro 2024.

Wara li tħalla barra mill-iskwadra fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Freiburg valida mill-UEFA Europa League, huwa tilef ukoll ir-rebħa ta’ 4-2 fuq Sampdoria. 

Fi stqarrija maħruġa mill-club,  intqal li Pogba għadda minn test mediku nhar it-Tnejn u li sofra “tiċrita żgħira  fl-adductor tal-koxxa tal-lemin.

“Huwa diġà beda l-proċess ta’ riabilitazzjoni mmirat biex jerġa’ jibda l-attività kompetittiva,” żiedet tgħid.

Pogba għamel biss żewġ dehriet bħala sostitut minn meta reġa’ ngħaqad ma’ Juventus mingħand Manchester United fis-sajf li għadda, bl-ewwel waħda tasal fit-28 ta’ Frar.

Id-dehra preċedenti ta’ Pogba kienet għall-United f’April 2022, meta sofra injury, fit-telfa ta’ 4-0 kontra Liverpool, li ħallietu barra għall-kumplament tal-istaġun.   

Sport