Wednesday, April 24, 2024

Serie A: Milan miżmuma f’darhom minn Salernitana

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Milan ħadu skoss ieħor fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Salernitana li b’dan il-punt mirbuħ komplew jitbiegħu miż-żona tar-relegazzjoni. 

Ir-Rossoneri fetħu l-iskor eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Olivier Giroud li kkonkluda minn azzjoni ta’ corner. 

Madankollu, Salernitana kisbu d-draw fil-61 minuta minn Boulaye Dia li xeħet fir-rokna tax-xibka.

B’dan ir-riżultat ta’ draw, ir-Rossoneri tilfu ċ-ċans li jaqbżu waħedhom fit-tieni post. 

Sport