Luxol St Andrews Futsal għal darb’oħra se jġorru l-bandiera Maltija fix-xena Ewropea, hekk kif qed jippreparaw għall-impenji tagħhom fi Grupp 7 tal-UEFA Futsal Champions League.
Iċ-champions Maltin se jiffaċċjaw tliet logħbiet importanti, li jibdew nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru kontra t-tim Daniż Hjørring Futsal Klub.
L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru – 16:30
Luxol St Andrews v Hjørring
Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru – 16:30
Futsal Mad Max v Luxol St Andrews
Is-Sibt 31 ta’ Ottubru – 20:30
L84 Torino v Luxol St Andrews
Din mistennija tkun esperjenza Ewropea oħra importanti għal Luxol, hekk kif se jittestjaw il-livell tagħhom kontra avversarji mid-Danimarka, il-Finlandja u l-Italja.
L-isbaħ xewqat lill-plejers, lill-istaff tekniku u lil kull min hu involut ma’ Luxol St Andrews, hekk kif jirrappreżentaw lil Malta fil-UEFA Futsal Champions League!




