L-Assoċjazzjoni tal-Billiards u s-Snooker ta’ Malta se tiċċelebra staġun ieħor ta’ suċċess
permezz tal-Lejla tal-Preżentazzjoni 2026, li se ssir nhar il-Ġimgħa.
Matul din is-serata, se jiġu onorati r-rebbieħa u dawk li ġew fit-tieni post fid-Diviżjonijiet Premier, l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet għall-istaġun 2025/26, kif ukoll żewġ kisbiet individwali ta’ livell għoli:
L-Ogħla Break: Aaron Busuttil – 129
L-Aqwa Plejer fil-Klassifika 2025/26: Brian Cini
Prosit lill-plejers u lit-timijiet kollha li se jirċievu premjijiet għall-prestazzjonijiet, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom matul l-istaġun.




