Lyndsay Pace tikseb unur internazzjonali ġdid bil-kanzunetta “Fireproof”

Aqra wkoll

L-artista prominenti Maltija Lyndsay Pace qed tkompli tagħmel isem għal Malta fix-xena mużikali internazzjonali, hekk kif kisbet rebħa prestiġjuża fl-InterContinental Music Awards 2026, fejn ġiet onorata bħala r-rebbieħa fil-kategorija Best EuroPop Song bil-kanzunetta taghha “Fireproof”.

Din il-kisba tikkonferma l-kwalità u l-potenzjal tal-mużika ta’ Lyndsay u tirrappreżenta pass ieħor importanti fil-vjaġġ artistiku tagħha. Ir-rebħa saret magħrufa waqt iċ-ċerimonja uffiċjali online tal-InterContinental Music Awards gewwa Los Angeles li saret fit-23 ta’ Awwissu 2026.

Għal Lyndsay, dan l-unur huwa rikonoxximent speċjali tax-xogħol, id-dedikazzjoni u l-imħabba li tpoġġi fil-mużika tagħha. “Fireproof” irnexxielha tispikka fost parteċipanti internazzjonali u tikseb ir-rikonoxximent tal-ġurija f’kompetizzjoni li tiġbor flimkien artisti minn diversi pajjiżi u sfondi mużikali.

“Ninsab onorata u grata immens għal dan ir-rikonoxximent. Li “Fireproof”rebħet kategorija f’kompetizzjoni internazzjonali bħal din hija kisba li tfisser ħafna għalija. Huwa mument li jagħtini aktar motivazzjoni biex inkompli noħloq, naħdem u nsegwi l-ħolm tiegħi fil-mużika. Grazzi mill-qalb lil kull min dejjem kien hemm għalija u appoġġjani tul dan il-vjaġġ.”

Din ir-rebħa hija l-aħħar minn sensiela ta’ kisbiet li Lyndsay kisbet matul l-2026 u tkompli tpoġġi l-mużika tagħha fuq pjattaforma internazzjonali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport