Tuesday, May 12, 2026

Ma kinitx sorpriża li wħud ippruvaw jiddefendu l-fatt li l-PN se jagħti rigal ta’ €1,200 lill-ħaddiema barranin

Aqra wkoll

Fl-Ewropa Tajjeb u f’Malta Ħazin? Ma kinitx sorpriża li wħud ippruvaw jiddefendu l-fatt li (wara l-itkażar kollu), li l-Partit Nazzjonalista se jagħti rigal ta’ €1,200 lill-ħaddiema barranin kif jaslu pajjiżna filwaqt li attakkaw l-fatt li s-Super Bonus tal-Partit Laburista se jingħata lill-ħaddiema Maltin, Ewropej u biss lill-barranin li jkun ilhom mill-inqas 5 snin f’ Malta.

Qalu li qed ssir diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema. Xejn minn dan. Mela biex tikkwalifika għall-pensjoni kontributorja ma tridx tħallas ammont minimu ta’ bolla (National Insurance)? Ifisser li qed niddiskriminaw bejn ħaddiema Maltin?

L-Isvezja ħadd ma jakkużaha li hi pajjiż razzista. Jekk tkun persuna minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea u trid tuża s-servizz tas-saħħa pubblika trid tħallas għalih. Huwa biss wara li tagħmel sena tħallas il-bolla u t-taxxa li jibdew jagħtuk xi servizzi b’xejn. Issa naqblu li s-saħħa hija aktar importanti minn bonus.

Fi Franza, il-pajjiż li welled il-kunċett tal-ugwaljanza, biex ċittadin mhux Ewropew jieħu l-benefiċċju tal-qgħad irid ikun ilu mill-inqas sentejn jaħdem. Id-Danimarka pajjiż ieħor Skandinavu, pijunier tas-sigurta soċjali. Biex tieħu l-folkepension (pensjoni ta’ kull resident Daniż) trid tkun ilek minimu ta’ 10 snin fil-pajjiż.

Inħalli f’idejkom taslu għall-konklużjoni għalfejn għal xi wħud dak li jsir fil-bqija tal-Ewropa huwa tajjeb iżda kif isir hawn Malta jiġi ħażin.

Dan iddikjarah l-eks Prim Ministru Joseph Muscat permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport