Servizzi Ewropej f’Malta fakkret Jum l-Ewropa 2026 permezz ta’ programm ta’ attivitajiet mifrux fuq tlett ijiem, bil-għan li tressaq l-Unjoni Ewropea aktar qrib iċ-ċittadini u tkompli tqajjem għarfien dwar l-opportunitajiet Ewropej disponibbli f’Malta.
L-attività ewlenija saret nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju, f’Misraħ il-Ħelsien fil-Belt Valletta, quddiem il-Parlament, fejn Servizzi Ewropej f’Malta u Europe Direct Valletta laqqgħu flimkien diversi entitajiet u servizzi marbuta mal-Unjoni Ewropea f’Malta.
Matul il-ġurnata, il-pubbliku kellu l-opportunità jikseb tagħrif prattiku dwar programmi, inizjattivi, fondi u opportunitajiet Ewropej, kif ukoll dwar servizzi li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal individwi, negozji, għaqdiet u komunitajiet.
Fost l-entitajiet u s-servizzi preżenti kien hemm FONDI.eu, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, EURES, SOLVIT Malta, iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi, l-Entitlement Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, EUPA, Euroguidance, URBACT, Endeavour, Aġenzija Żgħażagħ, il-Bank Ewropew għall-Investiment u Eurydice.
Il-programm fetaħ b’wirja mużikali mill-Malta Visual and Performing Arts School, segwita minn konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, minn Servizzi Ewropej f’Malta, mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta U mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
Matul l-istess attività sar ukoll logħob interattiv għall-pubbliku u wirjiet mużikali oħra, li komplew joħolqu atmosfera ta’ parteċipazzjoni u tagħlim dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-ħajja ta’ kuljum.
Element importanti taċ-ċelebrazzjoni kien l-involviment taż-żgħażagħ. Studenti minn 26 skola li jagħmlu parti mill-European Parliament Ambassador School Programme (EPAS) ħadu sehem fi treasure hunt madwar il-Belt Valletta, fejn żaru siti li bbenefikaw minn fondi Ewropej.

Iċ-ċelebrazzjonijiet komplew nhar is-Sibt, 9 ta’ Mejju, f’Għawdex, fejn Europe Direct Gozo, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, organizzat Europe Day Gozo f’Villa Rundle Gardens fir-Rabat, bħala parti mill-Gozo Spring Fair.
Servizzi Ewropej f’Malta u Europe Direct Valletta pparteċipaw ukoll f’din l-attività, fejn offrew tagħrif dwar is-servizzi tagħhom u gwida dwar inizjattivi, programmi u opportunitajiet Ewropej li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal individwi, negozji u komunitajiet.
Il-programm intemm nhar il-Ħadd, 10 ta’ Mejju, permezz ta’ dawra bir-roti organizzata minn Servizzi Ewropej f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ Malta on Bike. Ir-rotta, ta’ madwar 30 kilometru, għaddiet minn siti li bbenefikaw minn fondi Ewropej.
Matul id-dawra, il-parteċipanti żaru t-Torri ta’ San Tumas u t-Torri Mamo, żewġ siti storiċi li bbenefikaw minn fondi Ewropej għar-restawr. Din l-attività tat opportunità lill-parteċipanti jaraw mill-qrib kif il-fondi Ewropej qed jgħinu fil-konservazzjoni tal-wirt kulturali u fit-titjib tal-aċċessibbiltà għall-pubbliku.

Servizzi Ewropej f’Malta ttenni l-impenn tagħha li tkompli tressaq l-Ewropa eqreb lejn in-nies, billi tipprovdi informazzjoni ċara, gwida prattika u assistenza lil ċittadini, għaqdiet, kunsilli lokali, negozji, skejjel u komunitajiet li jixtiequ jifhmu u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea.
Għal aktar tagħrif, il-pubbliku jista’ jikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta fuq [email protected] jew 2779 7300.Servizzi Ewropej f’Malta tiċċelebra Jum l-Ewropa b’attivitajiet f’Malta u Għawdex