Saturday, December 14, 2024

Ma ngħatawx tama li jaqbżu Sqallija imma se jippruvaw jaslu sar-Russja “b’biċċa karozza”

… Żewg Koppji Maltin għall-MONGOL RALLY 2024

Aqra wkoll

X’inhi l-probabbiltà li b’karozza ta’ mhux aktar minn 1200cc, erba’ persuni, b’basket kull wieħed ta’ madwar 20 kilogramma kull wieħed u waħda minnhom u saqaf mimli affarijiet essenzjali għal dan il-vjaġġ tagħhom jirnexxielhom jagħmluha għal distanza li tissodisfa l-aspirazzjonijiet tagħhom? Fl-aħħar snin dan il-ġurnal iltaqa’ u tkellem mal-koppja Stephanie u Norbert u ddokumentajna l-esperjenzi fit-tul tagħhom fejn fi żmien il-pandemija saħansitra għamlu aktar minn 150 jum jivjaġġaw minn post għall-ieħor.

Minn dan l-istil ta’ vjaġġar, huma ltaqgħu ma’ koppja oħra fl-ajruport ta’ Turin u minn ftit sigħat biss jitkellmu. Fil-bidu ta’ din is-sena huma reġgħu ltaqgħu ma’ Charlon u Charlotte għat-tieni darba fi ftit xhur waqt żjara fil-Marokk u għamlu xi jiem jesploraw flimkien il-belt ta’ Marrakesh. Minn hemmek nibtet ħbiberija kbira fej spiċċaw jippjanaw avventura li ftit huma dawk li jidħlu għaliha minħabba ċertu riskji.

Meta qasmu l-ħsieb ta’ din l-avventura li xtaqu jidħlu għaliha kien hemm min qalilom li jekk se jibdew minn Għawdex kellhom xorti jagħmluha sa Popey’s Village u oħrajn tawhom sa massimu Sqallija biex ma jaqtgħulhomx qalbhom għalkollox. 

Imma ladarba huma ddeċidew li kienu se jisfidaw għal din l-avventura tal-Mongol Rally, l-ambizzjoni tagħhom hija li jaslu sal-podju ta’ din l-isfida li minn Malta trid twassalhom sal-Ulan-Ude ġewwa r-Russja, ftit ’il fuq mill-Mongolia.  

L-avventura tirrikjedi li jsuqu mhux inqas minn 16,000 Kilometru ġo pajjizi mirevilji b’veduti tal-ġenn, fejn din se tkun bla dubju sperjenza ta darba f’ħajjitom. Din l-avventura se tibda fit-13 ta Lulju 2024 mir-Republika Ċeka però għal dawn il-koppji l-avventura se tibda qabel għax ser jitilqu minn pajjiżna stess.

Ir-regoli tal-avventura huma sempliċi … bla pjan konkret, bla rotta u bla garanzija li jaslu sal-finali dawn għandhom tliet regoli.

– Il-karozza trid tkun inqas minn 1.2L

– Se jkunu weħidom mingħajr għajnuna

– Se jigbru flus għal iktar minn inizjattiva waħda

Il-missjoni tagħhom hija sempliċi: li jħallu d-dinja aħjar milli sabuha

Kull min jixtieq ikun parti minn din l-inizzjattiva, joffri xi sponsor jew jagħti xi donazzjoni lil Dar Bjorn, Cool Earth jew jitma Annimali abbandunati tistgħ tikkuntatjawom. Għal aktar informazzjoni żuru s-sit tagħhom www.bebbuxusquad.com.

Ekonomija

Sport