Friday, December 13, 2024

“Ma nħallux il-mewt ta’ Lassana tiddefinixxi lilna bħala Maltin”

Aqra wkoll

Sena mill-omiċidju razzjali ta’ Lassana Cisse fil-limiti ta’ Birżebbuġa

YouTube video

F’tifkira ta’ sena mill-omiċidju razzjali ta’ Lassana Cisse fil-limiti ta’ Birżebbuġa, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar saħqet li “l-kliem ta’ mibegħda u ta’ razziżmu jistgħu jkunu fatali. Dan l-atteggjament mghandux post f’pajjiżna.”

“Inqatlet persuna li l-unika ħtija li kellja hija l kulur tal ġilda. Il-mewt tgħallimna wkoll ukoll fuq il bżonn tal-integrazzjoni, li ma nħallux il mewt ta Lassana tiddefenixxi lilna bħala Maltin, imma neħduwa bħala tagħlima ghalina. Int min int, ta liema lewn int, aħna umani indaqs.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar saħqet li “l-kliem ta’ mibegħda u ta’ razziżmu jistgħu jkunu fatali. Dan l-atteggjament mghandux post f’pajjiżna.”

Il-qtil ta’ Lassana huwa maħsub li huwa l-ewwel każ ta’ qtil razzjali f’pajjiżna. Żewġ eks-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, Francesco Fenech ta’ 21 sena, u Lorin Scicluna ta’ 22 sena, huma akkużati bil-qtil tar-raġel, li seħħ għall-ħabta tal-11.00 p.m. fis-6 ta’ April tas-sena li għaddiet, bit-tiri jiġu sparati minn karozza li kienet qed tinstaq.

Żewġ immigranti oħrajn ukoll sfaw milqutin minn tiri oħrajn.

Ekonomija

Sport