Saturday, December 21, 2024

“Ma nħoloq l-ebda xogħol ta’ kwalità f’Għawdex”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said iddikjara fil-Parlament li ma nħoloq l-ebda xogħol ta’ kwalità f’Għawdex u x-xogħol li qed jinħoloq huwa xogħol prekarju.

Said qal li f’diskors ta’ kważi 100 paġna tal-budget, il-Gvern għażel li ma jkun hemm l-ebda parti tad-diskors dwar Għawdex. “Kellu jkun hemm dik it-taqsima li titkellem kif dan ir-reġjun se nġibuh ‘il quddiem u se nindirizzaw il-problemi li hemm fir-reġjun.”

Huwa qal li fil-budget ma ssib l-ebda idea ġdida għal Għawdex, u li lanqas il-proġetti li ilhom jiġu mwiegħda s-snin ma sabu ruħhom fil-budget. “L-ebda investiment ġdid fl-MCAST f’Għawdex. L-ebda idea kif 4,000 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta se jinħoloq ix-xogħol għalihom f’Għawdex.”

Said kompla jgħid li fil-budget ma ssirx l-ebda referenza dwar il-qasam tas-saħħa f’Għawdex. Qal ukoll li “titkellem ma’ min titkellem f’Għawdex jgħidulek li s-settur tas-saħħa f’Għawdex mar lura flok ‘il quddiem u dan minkejja li l-Gvern biegħ l-unika sptar li kellna f’Għawdex lill-privat.”

Ekonomija

Sport