Tuesday, April 16, 2024

“Ma niġux hawn għal-logħob partiġġjan imma biex niksbu riżultati għan-nies”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa l-oħra, fil-Parlament illejla l-Prim Ministru żied jgħid li huwa jiġi b’wiċċu minn quddiem fil-Parlament u jitkellem dwar kif bir-riformi li saru f’dawn l-aħħar sentejn, għandna parlament li huwa b’saħħtu u effettiv. 

Qal li minn Jannar tal-2020 tressqu 140 abbozz ta’ liġi, ħafna minnhom għaddew u saru liġijiet, il-kumplament jinsabu fi stadju avvanzat. Dan filwaqt li f’ħames snin tal-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kellna biss 123 abbozz ta’ liġi. 

“Kellna liġijiet li taw aktar drittijiet lill-ħaddiema, ir-riforma maġġuri tal-liġi tal-kera, liġi li emendat il-liġi eżistenzi tad-divorzju fost oħrajn. Bdilna l-liġi biex illum il-ħatra tal-Prim Imħallef issir b’żewġ terzi ta’ din il-kamra,” żied isemmi l-Prim Ministru.

Huwa tenna jgħid li n-nies iridu li niġu hawn biex infasslu l-bażi li biha niksbu r-riżultati għalihom u għall-pajjiż. Qal li l-vera aħbar tal-bieraħ kienet dik li frott id-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar xhur fit-tielet kwart tas-sena rajna tkabbir ekonomiku b’saħħtu immens.

“Ma niġux hawn għal-logħob partiġġjan imma biex niksbu riżultati għan-nies. Fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin f’dan il-parlament se nibqgħu nġibu ‘l quddiem riformi importanti u liġijiet ambizzjużi,” temm jgħid il-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport