Wednesday, April 24, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jiltaqa’ mal-Kumissarju għall- Organizzazzjonijiet Volontarji

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba kien il-mistieden tal-Kumitat Olimpiku Malti sabiex jiddiskuti l-aħħar żviluppi dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Volontarji kif ukoll it-tiġdid tagħha skont il-Liġijiet ta’ Malta.

Waqt li wasslu l-punti mressqa mill-federazzjonijiet membri affiljati tiegħu, il-President tal-KOM Julian Pace Bonello u s-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi apprezzaw id-disponibbiltà u r-rieda tal-Kummissarju li jappoġġja lill-KOM u lill-federazzjonijiet membri tiegħu billi jipprovdi taħriġ kif ukoll diskussjoni attiva dwar kif numru ta’ kwistjonijiet li qed jpoġġu sfida lil Federazzjonijiet jistgħu jiġu ssimplifikati.

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju Saliba apprezza l-inizjattiva tal-Kumitat Olimpiku Malti biex tinbeda din id-diskussjoni flimkien ma’ SportMalta li fil-laqgħa kienet rappreżentata minn Dr Karen Zammit Southernwood, Direttur fi ħdan id-Direttorat Affarijiet Regolatorji.

Sport