Thursday, March 28, 2024

Messi jgħid li Lewandowski kien ħaqqu jerbaħ il-ballun tad-deheb

Aqra wkoll

L-istilla ta’ Paris Saint-Germain Lionel Messi faħħar il-Pollakk Robert Lewandowski wara li dan tal-aħħar ġie meqjus bħala t-tieni favorit fit-taqtigħa għall-ballun tad-deheb.

Lionel Messi fid-diskors tiegħu wara li ġie ddikjarat rebbieħ tas-seba’ ballun tad-deheb fil-karriera tiegħu qal li hu jemmen li Lewandowski kien ħaqqu jerbaħ dan l-unur, mhux biss għall-prestazzjoni tiegħu ma’ Bayen Munich, iżda saħansitra minħabba s-sehem tiegħu mat-tim Nazzjonali Pollakk.

Lewandowski kiseb 33 punt inqas minn Messi fil-klassifika għal dan l-unur, u qabeż lil Jorginho li sab ruħu bħala t-tielet l-aktar favorit għal dan l-unur b’120 punt.

Ekonomija

Sport