Wednesday, December 18, 2024

“Ma nistgħux nibqgħu nweġġgħu bil-‘body shaming’… Ma tafux minn xix ikun għaddej bniedem”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kemm-il darba minħabba ħaġa jew oħra l-apparenza tagħna tinbidel. Jaf persuna tkun għaddejja minn perjodu diffiċli u ftit li xejn ikollha ħsibijiet fuq l-apparenza. Ħaddiehor minħabba l-istil ta’ ħajja tiegħu wkoll ma jista’ jagħti l-każ li ma jkollux ħafna ħin biex jiddedika fuq il-mod kif jidher. Iżda jibqa’ l-fatt li persuna li tkun għaddejja minn xi diffikultà, żgur u mhux forsi li l-inqas ħaġa li tkun tixtieq ikunu kummenti fuq l-apparenza li jistgħu jweġggħu. Dik il-persuna tkun tixtieq ftit kompassjoni u li wieħed jistaqsi verament kif tkun tinsab u mhux kliem li jaqta’ bħal sikkina.

Daniel Borg Cardona, sid ta’ numru ta’ stabbilimenti tal-ikel, ħaseb biex iwassal dan il-messaġġ importanti fuq il-midja soċjali biex meta wieħed jara lil xi ħadd li jkun inbidel, dak li jkun ma jikkummentax fuq l-apparenza għax wara kollox ma nkunux nafu minn xix ikun għaddej dak il-bniedem.

Filwaqt li tkellem dwar dan, Borg Cardona qal li huwa persuna pożittiva u ma tantx jagħti kas il-kummenti tan-nies iżda qal li jinkwetah il-mod kif jaġixxu n-nies.

“Jekk nagħmlu mod xi ħadd ikun sensittiv jew xi ħadd ikun għaddej minn xi ħaġa ħażina, minflok in-nies qed jiġu fuqi, wara li jkunu ilhom ma jarawni, u minflok jistaqsu jekk għandix bżonn xi ħaġa… jiġu fuqi u jgħidu ‘kemm int oħxon, kemm qed tiekol burgers! Kemm ħxint! Mintix tieħu ħsieb saħtek? Għadkom ma tafux bniedem minn xix ikun għaddej. Toħorġux id-difetti tal-persuna. Jaf tkunu qed tagħmlulu iktar ħsara. Ma nistgħux nibqgħu nweġġgħu lin-nies bil-body shaming. Din saret xi ħaġa gravi kullimkien.”

Ekonomija

Sport