Thursday, December 26, 2024

“Ma, pruvaw iwaqqgħuk għaż-żufjett f’dinja tal-likes u l-views … Inħobbok”

Aqra wkoll

“Ma, ħafna nies pruvaw iwaqqgħuk għaż-żufjett imma ftit jafu x’qalb kbira għandek u kemm issaggrifikajt lilek innifsek biex aħna, uliedek, wasalna fejn wasalna llum”. Iddikjara dan iben l-omm li lbieraħ dehret f’diffikultà kawża ta’ għargħar fil-Gżira.

L-iben spjega li ommu hija dik il-mara li tipprova ssolvi l-problemi u li f’għajnejh hija bħal xaqq ta’ dawl perpetwu meta l-bozoz u l-fanali jitmermru.

Rigward diversi kummenti li ppruvaw iwaqqgħu l-ommu għaż-żufjett hekk kif f’tentattiv biex binha ma jixxarrabx, kompla biex jgħid li għall-omm l-kelma mibegħda mhix fir-repertorju.

“Qed ngħixu f’dinja tal-kartapesta, artifiċjali daqs kull tbissima li ma tagħtix lemħa lil tiegħek. Dinja tal-likes, views u gaffati oħra… Inħobbok u grazzi tat-tagħlima li tajtni llum, dejjem tiegħek, Karl… il-bniedem li għandu l-privileġġ jgħid li hu ibnek”, tenna jgħid binha.

Ekonomija

Sport