Monday, May 13, 2024

Macron jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali u jwiegħed li se jkun ta’ kulħadd

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Emmanuel Macron se jkun qiegħed iżomm il-kariga ta’ President Franċiż għall-ħames snin li ġejjin wara li kiseb rebħa konvinċenti fuq Marine Le Pen. Macron rebaħ l-elezzjoni presidenzjali wara li għeleb lill-kandidata tal-lemin estrem b’distakk akbar minn dak mistenni. Dan hekk kif huwa kiseb 58.55 fil-mija tal-voti, kontra t-41.45 fil-mija li rnexxielha tikseb Le Pen.

Fl-ewwel diskors tiegħu wara li tħabbar ir-riżultat huwa saħaq li se jkun President għal kulħadd u qal li sa mill-ewwel sigħat se jkun qiegħed jaħdem biex tinstab ir-risposta għar-rabja u n-nuqqas ta’ qbil ta’ dawk li ma vvutawx lilu. “Din se tkun ir-responsabbiltà tiegħi u ta’ dawk ta’ madwari”, sostna l-President Franċiż.

Dan ifisser li Macron, li għandu 44 sena, se jsir l-ewwel president Franċiż li jerġa’ jiġi elett f’20 sena. Le Pen, li għandha 53 sena, kienet qed tikkontesta għat-tielet darba għall-presidenza u kienet tilfet kontra Macron fl-2017. Fl-ewwel reazzjoni tagħha għal dan ir-riżultat Le Pen qalet li xorta tqis dan bħala “rebħa” għall-partit tagħha. Le Pen esprimiet il-gratitudni tagħha lejn in-nies li vvutaw għaliha u żiedet tgħid li se tkompli l-ġlieda tagħha fil-politika Franċiża.

Sport