Friday, April 26, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ f’Imola

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull iddomina l-Grand Prix ta’ Emilia Romagna biex żamm it-tamiet tiegħu għat-titlu hekk kif ir-rival Charles Leclerc rema’ it-tielet post bi żball li swielu ħafna.

Is-sewwieq tal-Ferrari kien qed jimbotta biex jipprova jgħaddi lil sieħeb Verstappen, Sergio Perez, wara pit stop tard meta tilef il-kontroll fiċ-chicane Variante Alta f’Imola.

Leclerc kellu jagħmel pit stop għal ġwienaħ ta’ quddiem ġdid u tyrers friski u niżel fid-disa’ post, u seta’ jirkupra biss sas-sitt post.

L-iżball ippermetta lil Verstappen biex inaqqas id-distakk ma’ Leclerc minn 45 punt għal 27, u b’hekk wassal lill-Olandiż mill-ħames post għat-tieni fil-kampjonat.

L-ewwel sitta spiċċaw hekk: 1. Verstappen; 2. Sergio Perez; 3. Lando Norris; 4. George Russell; 5. Valtteri Bottas; 6. Charles Leclerc,

Il-klassifika ġenerali hija: 1. Leclerc 86 punt; 2. Verstappen 59; 3. Perez 54; 4. Russell 49; 5. Sainz 38; 6. Norris 35.

Sport