F’Buġibba għaddej ix-xogħol biex jitqabbad mad-900 metru ta’ cable ġdid taħt l-art, li jwassal il-provvista tal-elettriku mis-substations għal għand il-konsumaturi.
Dan ix-xogħol se jgħin biex il-klijenti tal-Enemalta, kemm residenzi kif ukoll għadd ta’ ħwienet żgħar bħal ħwienet tal-merċa f’din iż-żona, ikollhom provvista tal-elettriku aktar stabbli.
Dan fid-dawl ta’ sitwazzjoni li grazzi għall-ħidma kontinwa tal-ħaddiema tal-Enemalta s-sitwazzjoni tal-istabbiltà fil-provvista tal-elettriku reġgħet lura għan-normal wara jiem ta’ tensjoni minħabba mewġa ta’ sħana kbira.