Monday, December 23, 2024

Madwar 4,000 persuna attendew għal fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta

Aqra wkoll

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta jmorru lura 500 sena. Hawnhekk jinsabu eluf ta’ mapep u aktar minn miljun ritratt mill-istorja ta’ pajjiżna kif ukoll kollezzjoni ta’ 23 kilometru tul ta’ xkafef.

Dawn jinkludu fajls tal-karti, ittri, volumi miktubin bl-idejn, cuttings, ritratti, mapep, tpinġijiet arkitettoniċi, reġistrazzjonijiet ta’ storja orali, mikrofilm, floppy discs, CDs, vidjows, DVDs, fost diversi oġġetti oħra.

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta tippreserva l-memorja tal-poplu Malti billi żżomm numru sinifikanti ta’ rekords dwar l-istorja ta’ Malta u l-ħajja tal-poplu u tipprovdi wkoll aċċess għalihom għar-riċerka.

Attenda wkoll għal din l-Open Day il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li ltaqa’ ma’ diversi familji li attendew.

Il-pubbliku seta’ jara u jingħata kopja ta’ ritratt li ma deher qatt qabel dwar il-ferrovija ta’ Malta u matul l-Open Day ingħatat informazzjoni dwar x’juri dan ir-ritratt kif ukoll kif dan jirrifletti diversi aspetti tal-ħajja f’Malta aktar minn 120 sena ilu.

Dan filwaqt li fil-bitħa tal-Arkivji Nazzjonali kien hemm spettaklu min-numru ta’ artisti lokali. Il-viżitaturi kellhom ukoll l-opportunità li jirreġistraw biex issir riċerka fuq l-għeruq tagħhom stess.

Ekonomija

Sport