Monday, April 15, 2024

Madwar €800,000 għal Triq Sannat li tranġat u ngħatat l-asfalt mill-ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar Triq Sannat fis-Sannat, flimkien mas-sindku tal-lokal Philip Vella. Din it-triq hija waħda minn għadd ta’ toroq li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex u qed tiġi rranġata b’valur ta’ madwar €800,000. Huwa spjega kif f’din it-triq is-servizzi tgħaddew minn taħt l-art, saru l-culverts, u ngħatat l-asfalt mill-ġdid.

Filwaqt li żar ix-xogħlijiet, il-Ministru Camilleri kompla jgħid kemm f’dawn l-aħħar ftit xhur ingħatat spinta kbira lill-infrastruttura f’Għawdex, hekk kif tlestew diversi toroq u oħrajn jinsabu fi stadju avvanzat.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku Philip Vella rringrazzja lill-Ministru li, b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex, ħa ħsieb li x-xogħol f’din it-triq jitlesta fl-iqsar żmien possibbli sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent liċ-ċittadini.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-livell tat-toroq fil-gżira Għawdxija qed ikun bħal dak ta’ Malta, u issa li qed nerġgħu lura għan-normalità, Għawdex jinsab lest sabiex jerġa’ jibda jiġġenera t-turiżmu intern.

Ekonomija

Sport