Balluta Barracudas komplew bil-bidu mill-aqwa tagħhom fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni tal-MAFA hekk kif kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva biex baqgħu b’punti massimi. Min-naħa tagħhom, Sliema NB u Gżira Black Bulls kisbu rebħiet importanti ta’ 1-0 kontra Gudja Wanderers u Naxxar Victorians rispettivament. It-tliet konfronti, validi mill-ħames ġurnata tal-kampjonat, intlagħbu fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.
San Ġwann Pro Evolution Academy 1–4 Balluta Barracudas
Balluta Barracudas komplew bil-mixja pożittiva tagħhom wara rebħa konvinċenti ta’ 4-1 kontra San Ġwann Pro Evolution Academy.
Kienu San Ġwann li fetħu l-iskor permezz ta’ Salifou Diallo fis-16-il minuta, iżda Timothy Zammit Lupi ġab id-draw fil-25 minuta.
Matthew Muscat poġġa lil Balluta fil-vantaġġ fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima, Zammit Lupi skorja darbtejn oħra, fis-36 minuta u fit-53 minuta minn penalty, biex għaqqad tripletta personali u ssiġilla r-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Balluta.
Referee: Gjergji Bitri.
Gudja Wanderers 0–1 Sliema NB
Sliema NB kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra Gudja Wanderers f’konfront bilanċjat li ġie deċiż minn gowl wieħed.
Kien Daniel Vigil li skorja l-gowl deċiżiv fl-20 minuta biex ta l-vantaġġ lit-tim Slimiż.
Gudja ppruvaw jirreaġixxu u jfittxu l-gowl tad-draw, iżda sabu quddiemhom difiża organizzata li rnexxielha żżomm il-vantaġġ sal-aħħar.
B’din ir-rebħa, Sliema NB telgħu għal tmien punti fil-klassifika, filwaqt li Gudja Wanderers baqgħu b’punt wieħed wara ħames logħbiet.
Referee: Lawrence Sammut.
Naxxar Victorians 0–1 Gżira Black Bulls
Gżira Black Bulls kisbu tliet punti prezzjużi wara rebħa minima ta’ 1-0 kontra Naxxar Victorians f’logħba missielta.
L-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls hekk kif iż-żewġ timijiet sabuha diffiċli biex joħolqu okkażjonijiet ċari.
Fit-tieni taqsima, il-konfront baqa’ bilanċjat sakemm fis-70 minuta Luis Llado Mulet skorja l-gowl li ddeċieda l-partita.
Naxxar ippruvaw isibu r-reazzjoni, iżda Gżira żammew sod biex kisbu rebħa importanti li tellgħethom għal sitt punti fil-klassifika.
Referee: Jean P. Mifsud.
KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI
Balluta Barracudas 12, Sliema NB 8, Ħamrun Sporting 7, Gżira BB 6, Naxxar Victorians 4, San Ġwann Pro Evolution Academy 3, Gudja Wanderers 1




