alletta St Pauls telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-Mochika MAFA L-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Mqabba Albions bl-iskor ta’ 3-1.
Kienet logħba fejn il-Beltin amministraw tajjeb ħafna u ħadu vantaġġ minn episodji fl-ewwel taqsima li għenuhom jieħdu tliet punti importanti.
Kien Santiago Rudolf li poġġa lil Valletta minn fuq wara kwarta logħob meta x-xutt tiegħu fil-baxx ġie devjat minn difensur ta’ Mqabba għal ġewwa.
Fis-26 minuta, is-St Pauls irduppjaw l-iskor meta kien Andre Farrugia li mid-distanza ħasad lil Daniel Buttigieg hekk kif b’lob sabiħ xeħet il-ballun fix-xibka.
Fis-57 minuta, Santiago Rudolf għaqqad doppjetta personali wara li approfitta minn pass ħażin lejn il-gowlkiper sabiex f’lasta vojta għamiltom 3-0.
Mqabba naqqsu l-marġni tal-iskor tliet minuti wara meta ngħataw penalty li eventwalment ġie skorjat minn Jerome Azzopardi.
Referee kien Vladimir Rizhoski.
Fil-partita ta’ tmiem il-ġimgħa, Senglea Gunners taw l-ewwel telfa lil Marsa St Michael hekk kif għelbuhom 4-3.
Kienet partita mimlija emozzjonijiet biż-żewġ naħat li taw qalbhom sabiex jiksbu t-tliet punti finali. Fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Isla li ħadu dak li xtaqu sabiex issa jinsabu fit-tieni post tal-klassifika daqs l-istess avversarji Marsin.
Senglea skorjaw żewġ gowls permezz ta’ Lamin Modou u Seedy Fofana qabel ma’ Samuel Dickson naqqas il-marġni tal-iskor għal Marsa.
Fit-tieni taqsima, Marsa bdew tajjeb u fid-49 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Uchechi Chiedozie u saħansitra marru minn fuq wara awtogowl ta’ Etienne Farrugia.
U hawn daħal fl-azzjoni l-plejer ta’ Senglea Gunners Jaiteh Lamin li f’temp ta’ seba’ minuti qaleb l-iskor favur it-tim tiegħu għall-iskor finali ta’ 4-3.
Referee kien Darko Stankovic.
Tal-Qroqq Versity Kamelasa ssoprendew lil San Ġwann Pro Evolution Academy tant li rebħulhom 2-0 sabiex saħansitra qabżuhom fil-klassifika.
Il-qofol tal-partita ntlaħqet fit-tieni taqsima meta t-tim minn Tal-Qroqq skorjaw żewġ gowls permezz ta’ Peter Khiev fil-41 minuta u Janik Ahlgrimm sitt minuti wara.
Referee kien Ray Tabone.
San Ġiljan Saints baqgħu telgħin aktar ‘il fuq fil-klassifika meta b’gowl f’kull taqsima għelbu lit-tim tal-qiegħ Żebbuġ Youngsters.
Ethan Goodman poġġa lis-Saints fil-vantaġġ wara 26 minuta logħob sabiex Cedric Cassari rdoppja l-iskor erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima.
Referee kien Lorry Sammut.
Fil-kampjonat tat-tielet diviżjoni, Attard Edex Kings huma l-leaders il-ġodda wara li għelbu lil Fgura Spartans bl-iskor ta’ 2-0.
Ma kinitx biċċa xogħol faċli għat-tim Indjan li sab lil Fgura ferm attenti fid-difiża.
Wara li l-ewwel taqsima spiċċat fi draw ta’ 0-0, fit-tieni taqsima, Attard marru minn fuq permezz ta’ Jose Obelis Cueri sabiex tliet minuti qabel tmiem il-logħba, Enzo Villavicenzo skorja l-gowl li ssiġġilla r-rebħa finali.
Referee kien Reno Galea.
Għaxaq Wolves ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Gżira United SC. Dan id-draw tellef lill-Għaxqin milli jibqgħu l-ewwel hekk kif issa jinsabu fit-tieni post.
Minkejja li Għaxaq ippruvaw, sabu lid-difiża ta’ Gżira ferm attenta filwaqt li bdiet ittella’ diversi kontrattakki.
Għal Gżira dan kien il-ħames draw staġjonali.
Referee kien Stefan Minic.
KLASSIFIKA – MOCHIKA MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI
Valletta St Pauls 14, Senglea Gunners, Marsa St Michael 12, Tal-Qroqq Versity Kamelasa 11, San Ġwann Pro Evolution Academy, San Ġiljan Saints 10, Mqabba Albions 8, Żebbuġ Youngsters 1
KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI
Attard Edex Kings 14, Għaxaq Wolves 13, Buġibba Club de SWAT 11, Gżira United SC 8, Fgura Spartans 5, Ħamrun Amateurs 4