Friday, April 26, 2024

Blackball: Johan Attard isir it-tieni plejer li jikkwalifika mat-tim nazzjonali

Aqra wkoll

Johan Attard rebaħ it-tieni ranking tournament organizzat mill-Malta Blackball Federation meta fil-finali li ntlagħbet fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara, hu għeleb lil Claudio Cassar 10-9.

Kienet logħba ferm emozzjonanti, b’Cassar li kien minn fuq għal ħafna mil-logħba iżda b’Attard li dejjem żamm il-pass mal-avversarju tiegħu. L-aħħar mumenti tal-logħba kienu ferm eċitanti b’Johan Attard jirbaħ l-aħħar żewġ frames u eventwalment jirbaħ il-logħba sabiex ikkwalifika biex jieħu sehem mat-tim nazzjonali. 

Attard ingħaqad ma’ Gary Carr li aktar qabel rebaħ l-ewwel ranking tournament li sar fil-bidu tax-xahar.

Sport