Sunday, May 5, 2024

Jaqgħu travi tal-konkos minn fuq trakk fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Travi tal-konkos waqgħu minn fuq trakk li kien għaddej minn Triq il-Kosta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-8:45 a.m., qrib ir-roundabout li tagħti għall-Miżbla tal-Magħtab.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Il-Pulizija u uffiċjali ta’ Transport Malta ssejħu fuq il-post sabiex jassistu it-traffiku sakemm ma jitneħħew it-travi minn fuq il-post.

Sport