Wednesday, April 2, 2025

Magħrufa l-kwartifinalisti taċ-Champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Tmien plejers għamluha għall-kwarti tal-finali taċ-Champion ta’ Malta organizzat mill-Malta Blackball Federation.

Iċ-champion renjanti Dejan Grech ftit sab diffikulta’ sabiex għeleb lil Stephen Mangion 7-2 filwaqt li ċ-champion ta’ sentejn ilu Clayton Castaldi kellu jitħabat mhux ftit sabiex rebaħ lil Scott Muscat 7-6. Anke Miguel Mizzi u Ryan Pisani rebħu bl-istess skor lil Liam Mifsud u Clint Azzopardi rispettivament.

Johan Attard kompla jżomm il-konsistenza fil-forma tiegħu wara li għelbu lil Miguel Amato 7-3 filwaqt li Mevrick Zammit kiseb rebħa tajba ta’ 7-2 kontra Kevin Schembri.

Finalment kien hemm dominanza assoluta ta’ Leon Azzopardi li għeleb lil Jesmond Schembri 7-0.

Lydon Debono kellu wirja impekkabbli kontra Gary Carr sabiex rebaħ il-konfront 7-4.

Finalment kien hemm dominanza assoluta ta’ Leon Azzopardi li għeleb lil Jesmond Schembri 7-0.

Sadanittant, fil-kwarti tal-finali li se jintlagħbu nhar it-Tnejn li ġej, Dejan Grech jilgħab kontra Miguel Mizzi, Johan Attard jaffaċċja lil Lydan Debono, Mevrick Zammit joħodha kontra Ryan Pisani filwaqt li Leon Azzopardi jaffronta lil Clayton Castaldi.

Sport