Wednesday, October 9, 2024

Ġużu Muscat magħruf bħala tal-Beżuża se jingħata l-aħħar tislima għada fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Aqra wkoll

L-agrikolatura f’pajjiżna, is-settur turistiku u magħhom il-komunità ta’ Ħad-Dingli, tilfu ikona. Dan hekk kif tħabbar li miet Ġużu Muscat il-Beżuża. Għal din l-aħbar kienu bosta dawk li kkummentaw. 

Huwa se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima għada l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru fit-3:00 p.m fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Fost dawk li kkumentaw, kien hemm il-kumment ta’ Sandro Azzopardi.

Azzopardi qal “ħallejtna bħal Sajjetta fil-bnazzi Ġuż!. Ħad-Dingli u t-Turiżmu Malti tilef raħħal u persuna ikona li kienet sinonima u mfittxija mit-turisti u Maltin biex jieħdu ritratt man-nagħaġ u l-mogħoż li kien ikollu jirgħu miegħu meta jitilgħu fuq l-irdumijiet sbieħ ta’ lokal għażiż tagħna”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport