Monday, November 18, 2024

Maġistrat b’attiviżmu tal-LGBTIQ+ fil-Messiku jinstab mejjet 

Aqra wkoll

Jesús Ociel Baena, Maġistat tal-ġudikatura u attivist prominenti tal-LGBTIQ+  fil-Messiku, instab mejjet fir-residenza tiegħu fil-belt ċentrali ta’ Aguascalientes. Flimkien miegħu instab katavru ieħor li wara rriżultat li kien dak tas-sieħba tiegħu. 

F’kumment li lill-midja, il-Ministru tas-Sigurtà tal-pajjiż, Rosa Icela Rodriguez qalet li mhux ċar jekk dan kienx omiċidju jew  inċident.

Skont stqarrija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-istat, ma kien hemm l-ebda sinjal li terza persuna kienet daħlet fid-dar. L-istess stqarrija tgħid li nstab oġġett li jaqta’ u qalu li dan l-inċident seta’ kien kwistjoni personali.

Il-vittma, Jesús Ociel Baen, li kellu 38 sena sar Maġistrat għall-qorti elettorali tal-istat ta’ Aguascalientes f’Ottubru tal-2022.  F’Ġunju ta’din is-sena,  huwa kien fost l-ewwel grupp ta’ nies li kellu passaport newtrali għall-ġeneru.

Ekonomija

Sport